Jekk għandek informazzjoni li reġistrant mhux qed josserva l-kodiċi ta’ kondotta għar-Reġistru tat-Trasparenza, tista’ tressaq ilment (ikklikkja l-buttuna hawn taħt).
Bi tweġiba, is-Segretarjat jista’ jiftaħ investigazzjoni (skont l-Anness III tal-ftehim interistituzzjonali).
L-ilment tiegħek irid isir mhux aktar tard minn sena wara l-allegat nuqqas ta’ osservanza u jrid ikun sostnut b’evidenza.
Ma nistgħux naċċettaw ilmenti anonimi – iżda aħna ma niżvelawx l-identità tiegħek pubblikament (sakemm ma tridniex nagħmlu dan).
Jekk jogħġbok innota li din il-formola MHIX għal helpdesk jew assistenza teknika mis-Segretarjat. Din il-formola ta’ lmenti hija għal ilmenti lis-Segretarjat dwar kwalunkwe suspett ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-Kodiċi ta’ Kondotta tar-Reġistru tat-Trasparenza minn reġistranti (oħrajn). Għal kwalunkwe kwistjoni oħra, jekk jogħġbok UŻA l-FORMOLA TA’ KUNTATT.
Ara hawnhekk dwar kif se nittrattaw id-data personali tiegħek.