L-EU Login hu s-servizz ta’ awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea. Hu jippermetti lill-persuni awtorizzati jaċċessaw firxa wiesgħa ta' servizzi online tal-Kummissjoni, bl-użu ta' indirizz tal-email wieħed u ta' password waħda.
Ir-Reġistru tat-Trasparenza fih informazzjoni pubblika – bl-unika eċċezzjoni ta’ xi data personali, ipprovduta bħala parti mill-proċess tar-reġistrazzjoni, li ma tiġix ippubblikata.
L-EU Login iżid is-sigurtà tal-aċċess billi juża teknoloġija żviluppata u miżmuma b’mod regolari minn tim ta’ speċjalisti tas-sigurtà.
Bis-saħħa tal-EU Login, l-aċċess tiegħek għad-data tar-reġistrazzjoni hu bbażat fuq metodu ta’ identifikazzjoni individwali aktar sikur.
M’aħniex se nużaw aktar l-email biex nikkomunikaw miegħek.
Biex tinteraġixxi mar-Reġistru tat-Trasparenza, jew tikkomunika mal-istaff tiegħu, se tuża l-ispazju ristrett tiegħek fir-reġistru.
Se jkollok bżonn kont tal-EU Login biex tawtentika l-identità tiegħek sabiex tkun tista’ tissottometti applikazzjoni lir-reġistru, taġġorna reġistrazzjoni eżistenti, tippreżenta lment jew tikkuntattjana.
Ara l-gwida għall-utenti u l-FAQs tal-EU Login.
Għandek bżonn kont tal-EU Login biex tirreġistra l-organizzazzjoni tiegħek.
Biex toħloq kont:
- Agħżel Irreġistra organizzazzjoni ġdida fil-menù tas-sit fil-paġna ewlenija tar-Reġistru tat-Trasparenza. Se tiġi ridirett lejn il-paġna tal-EU Login.
Jekk ma tiġix ridirett, mur direttament fil-paġna tal-EU Login:
Agħżel Oħloq kont jew sempliċiment daħħal l-indirizz tal-email tiegħek, ikklikkja Li jmiss u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija.
Ladarba tkun ħloqt il-kont tal-EU Login, tista’ tmur lura fir-Reġistru tat-Trasparenza, tuża l-kredenzjali tal-EU Login tiegħek biex tilloggja fl-ispazju ristrett tiegħek u tibda l-proċess tar-reġistrazzjoni.
Kull kont tal-EU Login huwa assoċjat ma’ persuna individwali u l-indirizz tal-email tagħha. Dik il-persuna u dak l-indirizz tal-email se jsiru l-ewwel persuna (prestabbilita) bid-drittijiet ta’ aċċess għar-reġistrazzjoni. Din l-informazzjoni se tiġi riflessa taħt l-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”) ladarba tiġi vvalidata.
Is-sistema se tippermetti minimu ta’ 2 u massimu ta’ 6 utenti differenti (wieħed minnhom hu int: il-persuna li timla l-formola tal-applikazzjoni) b’aċċess għall-ispazju ristrett/għar-reġistrazzjoni.
Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi l-indirizzi tal-email ta’ kwalunkwe persuna addizzjonali (huma permessi sa 6 persuni) fl-intestatura 6 tal-formola. Kull waħda minn dawn il-persuni għandha bżonn kont tal-EU Login individwali biex taċċessa l-istess spazju ristrett/reġistrazzjoni.
Meta tagħżel Irreġistra organizzazzjoni ġdida fil-paġna ewlenija tar-Reġistru tat-Trasparenza, se tiġi ridirett lejn il-paġna tal-EU Login. Uża l-kredenzjali tal-EU Login tiegħek biex tilloggja fl-ispazju ristrett tiegħek biex tibda l-proċess tar-reġistrazzjoni.
Fi tmiem il-proċess tar-reġistrazzjoni, is-sistema awtomatikament tillinkja l-kont tal-EU Login tiegħek mar-reġistrazzjoni li tkun lestejt u tagħtik aċċess għal aġġornamenti futuri (il-persuni elenkati fl-intestatura 6 tal-formola tar-reġistrazzjoni jiġu infurmati dwar kwalunkwe aġġornament).
Kull kont tal-EU Login huwa assoċjat ma’ persuna individwali u l-indirizz tal-email tagħha. Dik il-persuna u dak l-indirizz tal-email se jsiru l-ewwel persuna (prestabbilita) bid-drittijiet ta’ aċċess għall-ispazju ristrett/għar-reġistrazzjoni. Din l-informazzjoni se tiġi riflessa fl-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”) ladarba tiġi vvalidata.
Minimu ta’ 2 u massimu ta’ 6 utenti differenti (wieħed minnhom hu int: il-persuna li timla l-formola tar-reġistrazzjoni) għandhom permess jaċċessaw l-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjoni.
Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi l-indirizzi tal-email ta’ kwalunkwe persuna addizzjonali (huma permessi sa 6 persuni) fl-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni. Kull waħda minn dawn il-persuni għandha bżonn kont tal-EU Login individwali biex taċċessa l-istess spazju ristrett/reġistrazzjoni.
Għandek bżonn kont tal-EU Login biex taċċessa l-organizzazzjoni rreġistrata tiegħek fir-Reġistru tat-Trasparenza. Dan ifisser li ismek u l-indirizz tal-email tiegħek iridu jkunu fil-lista fl-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”).
Jekk m’intix f’dik il-lista u teħtieġ aċċess għall-ispazju ristrett/għar-reġistrazzjoni, waħda mill-persuni l-oħra li għandha aċċess trid iżżid ismek u l-indirizz tal-email tiegħek ma’ dik il-lista.
Minimu ta’ 2 u massimu ta’ 6 utenti differenti għandhom permess jaċċessaw l-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjoni.
Għandek bżonn kont tal-EU Login biex taċċessa l-organizzazzjoni rreġistrata tiegħek fir-Reġistru tat-Trasparenza jew biex tingħata aċċess għar-reġistrazzjoni. Dan ifisser li ismek u l-indirizz tal-email tiegħek iridu jkunu fil-lista fl-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”).
Jekk teħtieġ aċċess għar-reġistrazzjoni, waħda mill-persuni l-oħra li għandha aċċess trid iżżid ismek u l-indirizz tal-email tiegħek mal-lista fl-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni.
Is-sistema se tippermetti minimu ta’ 2 u massimu ta’ 6 utenti differenti b’aċċess għall-ispazju ristrett/għar-reġistrazzjoni.
Jekk ismek u l-indirizz tal-email tiegħek żdiedu mal-lista fl-intestatura 6 (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”), xorta għandek bżonn kont tal-EU Login biex taċċessa l-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjoni. Jekk m’għandekx, trid toħloq wieħed.
- Agħżel Aġġorna organizzazzjoni ġdida fil-menù tas-sit fil-paġna ewlenija tar-Reġistru tat-Trasparenza. Se tiġi ridirett lejn il-paġna tal-EU Login.
Jekk ma tiġix ridirett, mur direttament fil-paġna tal-EU Login:
- Agħżel Oħloq kont jew sempliċiment daħħal l-indirizz tal-email tiegħek u agħżel Li jmiss biex toħloq il-kont il-ġdid tal-EU Login. Imbagħad segwi l-istruzzjonijiet mogħtija.
Ladarba tkun ħloqt il-kont tal-EU Login, tista’ tmur lura fil-paġna tal-login u tuża l-kredenzjali tal-EU Login tiegħek biex tilloggja.
Għandek bżonn kont tal-EU Login biex taċċessa l-organizzazzjoni rreġistrata tiegħek fir-Reġistru tat-Trasparenza jew biex tingħata aċċess għar-reġistrazzjoni. Dan ifisser li ismek u l-indirizz tal-email tiegħek iridu jkunu fil-lista fl-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”).
Dik il-lista fiha l-persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni. Jekk teħtieġ aċċess għall-ispazju ristrett/għar-reġistrazzjoni, waħda mill-persuni li għandha aċċess trid iżżid ismek u l-indirizz tal-email tiegħek mal-lista ta’ aċċess.
Is-sistema se tippermetti minimu ta’ 2 u massimu ta’ 6 utenti differenti b’aċċess għall-ispazju ristrett/għar-reġistrazzjoni.
Jekk għandek kont tal-EU Login u tinsab fil-lista ta’ aċċess tal-organizzazzjoni, meta tagħżel Aġġorna reġistrazzjoni fil-menù tas-sit fil-paġna ewlenija tar-Reġistru tat-Trasparenza, se tiġi ridirett lejn il-paġna tal-EU Login. Uża l-kredenzjali tal-EU Login tiegħek biex taċċessa l-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjoni.
Tista’ tillinkja l-istess kont tal-EU Login ma’ reġistrazzjonijiet multipli. Dan ifisser li tista’ tuża l-istess kont tal-EU Login biex taċċessa l-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjonijiet ta’ żewġ organizzazzjonijiet jew aktar.
Il-kontijiet tal-EU Login ma jistgħux jingħaqdu peress li huma llinkjati ma’ żewġ indirizzi tal-email differenti, għalhekk – teknikament – ma’ żewġ persuni differenti. Madankollu, huwa possibbli li wieħed minn dawn iż-żewġ kontijiet tal-EU Login jiġi llinkjat maż-żewġ reġistrazzjonijiet.
Hawnhekk għandek issib kif:
Inti responsabbli għal żewġ reġistrazzjonijiet: l-organizzazzjoni A u l-organizzazzjoni B, li t-tnejn għandhom reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tat-Trasparenza. Fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni A inti tidher bħala “Persuna inkarigata mir-relazzjonijiet tal-UE” u bħala “persuna ta’ kuntatt” fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni B, pereżempju.
Organizzazzjoni A:
Persuna inkarigata mir-relazzjonijiet mal-UE: email: xy
organisation [dot] com (xy[at]organisation[dot]com)
Organizzazzjoni B:
Persuna ta’ kuntatt, email: xy
gmail [dot] com (xy[at]gmail[dot]com)
Tixtieq tuża biss kont wieħed tal-EU Login (assoċjat mal-indirizz xy
organisation [dot] com (xy[at]organisation[dot]com)) biex taċċessa ż-żewġ reġistrazzjonijiet.
Għandek bżonn:
- tilloggja fl-ispazju ristrett/fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni B billi tuża l-kont tal-EU Login assoċjat mal-indirizz xy
gmail [dot] com (xy[at]gmail[dot]com) (peress li dan l-indirizz jidher fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni B) - iżżid l-indirizz xy
organisation [dot] com (xy[at]organisation[dot]com) mal-lista fl-intestatura 6 (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”).
Jekk tixtieq ukoll tneħħi l-indirizz tiegħek xy
gmail [dot] com (xy[at]gmail[dot]com) mir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni B, għandek:
- tilloggja fl-ispazju ristrett billi tuża l-kont tal-EU Login assoċjat mal-indirizz xy
organisation [dot] com (xy[at]organisation[dot]com) (MHUX xy
gmail [dot] com (xy[at]gmail[dot]com)) - tmur fit-taqsima “Ir-reġistrazzjonijiet tiegħi” u tagħżel ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni B
- tħassar l-indirizz xy
gmail [dot] com (xy[at]gmail[dot]com) mil-lista fl-intestatura 6.
Fl-ispazju ristrett, agħżel “Ir-reġistrazzjonijiet tiegħi” biex tara l-organizzazzjonijiet kollha li magħhom huwa llinkjat il-kont tal-EU Login tiegħek.
Trid tapplika għall-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew fil-paġna tal-akkreditazzjoni tal-PE. M’għandekx għalfejn tilloggja fl-ispazju ristrett/fir-reġistrazzjoni tiegħek fir-Reġistru tat-Trasparenza biex timmaniġġja t-talbiet tiegħek għal aċċess għall-Parlament Ewropew.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-paġna tal-akkreditazzjoni tal-PE.
Is-sistema awtomatikament tagħti aċċess għall-kontijiet tal-EU Login assoċjati mal-indirizzi tal-email ta’:
- il-persuna ta’ kuntatt
- il-persuna b'responsabbiltà legali
- il-persuna inkarigata mir-relazzjonijiet mal-UE
- il-persuna li timla l-formola tar-reġistrazzjoni (jekk differenti minn dawk imsemmija hawn fuq).
Dawn l-indirizzi tal-email se jidhru awtomatikament fil-lista tal-organizzazzjoni tiegħek “Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni” fl-intestatura 6. Tista’ żżid ukoll indirizzi tal-email addizzjonali. Minimu ta’ 2 u massimu ta’ 6 utenti jista’ jkollhom aċċess għall-ispazju ristrett/għar-reġistrazzjoni.
Jekk teħtieġ aċċess għal aktar persuni, jekk jogħġbok ipprovdi l-indirizzi tal-email tagħhom fl-intestatura 6 tal-formola tar-reġistrazzjoni. Kull waħda minn dawn il-persuni għandha bżonn kont tal-EU Login individwali biex taċċessa l-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjoni.
Tista’ tillinkja kont wieħed tal-EU Login ma’ organizzazzjoni waħda jew aktar elenkati fir-reġistru.
Ismek u l-indirizz tal-email illinkjati mal-organizzazzjoni li titlaq minnha għandhom jitneħħew mir-reġistrazzjoni tagħha. Peress li r-reġistrazzjoni jeħtieġ li tinżamm aġġornata, dan għandu jsir hekk kif titlaq mill-organizzazzjoni.
Ma tistax tagħmel dan inti stess.
Ikollok tistaqsi:
- waħda mill-persuni li għandha aċċess għall-ispazju ristrett/l-organizzazzjoni li qed titlaq minnha biex tneħħi l-email tiegħek mil-lista ta’ aċċess
- persuna li għandha aċċess għall-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjoni li qed tingħaqad magħha biex iżżid l-email tiegħek fil-lista ta’ aċċess.
Ir-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess għandhom jirreġistraw. Dan ifisser kwalunkwe organizzazzjoni jew individwu li jinvolvi ruħu f’attivitajiet koperti mir-reġistru.
Attivitajiet mhux koperti mir-reġistru jinkludu l-għoti ta’ pariri legali u professjonali oħra, laqgħat spontanji, sottomissjonijiet u laqgħat li huma parti mill-proċeduri amministrattivi ta’ sħab soċjali li jieħdu sehem fid-Djalogu Soċjali u t-tweġiba għal talbiet għal informazzjoni fattwali u għarfien espert mill-istituzzjonijiet.
Il-monitoraġġ tal-liġi tal-UE jew tal-iżviluppi tal-politika għal skopijiet akkademiċi jew ġurnalistiċi, ta’ interess personali jew sabiex jiġi eżerċitat dritt mhuwiex kopert (pereżempju, intervisti minn riċerkaturi jew ġurnalisti dwar il-leġiżlazzjoni li tkun ġejja, jew it-tħejjija għat-tressiq ta’ petizzjoni lill-Parlament Ewropew).
Individwi li jwettqu attivitajiet f’kapaċità strettament personali u mhux f’assoċjazzjoni ma’ oħrajn mhumiex ikkunsidrati bħala rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess.
Ċerti korpi, bħal awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi tal-UE u pajjiżi mhux tal-UE, assoċjazzjonijiet u networks ta’ awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet intergovernattivi, partiti politiċi, knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi, u organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali m’għandhomx għalfejn jirreġistraw, b’xi eċċezzjonijiet.
Il-lista sħiħa tal-attivitajiet mhux koperti mir-reġistru huma elenkati fil-ftehim interistituzzjonali (l-Artikolu 4).
Jekk uħud mill-attivitajiet tiegħek biss huma koperti mir-reġistru, mela għandek tiddikjara biss dawk l-attivitajiet.
Ir-reġistru jkopri l-attivitajiet kollha mwettqa bl-għan li jinfluwenzaw il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika jew il-leġiżlazzjoni tal-UE, jew tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, ħlief għal ċerti attivitajiet speċifikati elenkati fil-ftehim interistituzzjonali (l-Artikolu 4).
Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:
- l-organizzazzjoni jew il-parteċipazzjoni f’laqgħat, f’konferenzi, f’eventi
- il-kontribuzzjoni jew il-parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet pubbliċi, seduti ta’ smigħ jew inizjattivi simili oħra
- l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni, pjattaformi, networks jew inizjattivi fil-livell lokali
- it-tħejjija jew l-ikkummissjonar ta’ dokumenti ta’ politika u ta’ pożizzjoni, stħarriġiet tal-opinjoni pubblika, surveys, ittri miftuħa, xogħol ta’ riċerka.
Ir-rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess isseħħ ukoll meta l-persuni li jaħdmu fl-affarijiet pubbliċi jiġbru b’mod attiv l-intelligence billi jimmonitorjaw iċ-ċiklu tat-teħid tad-deċiżjonijiet leġiżlattivi. Dan għandu jissemma meta ssir ir-reġistrazzjoni, speċjalment meta jkun hemm kuntatti diretti mal-istituzzjonijiet.
Jekk għadek kif bdejt jew qed tħejji attivitajiet ta’ influwenza, trid tkun tista’ tipprovdi dettalji speċifiċi dwarhom.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal-linji gwida (Parti II.1).
Ir-reġistrazzjoni hija volontarja għal dawk involuti f’attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess (ara l-Artikoli 3 u 6 tal-ftehim interistituzzjonali u l-linji gwida - Parti II.1).
Madankollu, trid tkun irreġistrat biex twettaq ċerti attivitajiet li għalihom l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġu reġistrazzjoni minn qabel, pereżempju biex tiltaqa’ ma’ ċerti persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet jew staff anzjan tal-istituzzjonijiet tal-UE, titkellem f’avvenimenti pubbliċi fil-Parlament Ewropew jew issir membru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea. Biex jippromwovu negozjati trasparenti u etiċi mar-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess, l-istituzzjonijiet tal-UE jpoġġu ċerti kundizzjonijiet fuq l-interazzjoni tagħhom magħhom. Dan hu l-prinċipju tal-“kundizzjonalità”. Dan il-prinċipju jirrikjedi lir-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess biex jirreġistraw sabiex iwettqu ċerti attivitajiet.
Il-miżuri ta’ kundizzjonalità huma regoli adottati minn kull istituzzjoni li skonthom ċerti attivitajiet mir-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess jistgħu jsiru bil-kundizzjoni li dawn ikunu rreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza. Dawn ir-regoli huma ppubblikati fil-paġna dwar il-Kundizzjonalità.
L-istituzzjonijiet jistgħu jadottaw miżuri ta’ trasparenza kumplementari biex iħeġġu aktar individwi u organizzazzjonijiet jirreġistraw, filwaqt li jsaħħu t-trasparenza. Ir-reġistrazzjoni mhijiex meħtieġa biex wieħed jibbenefika minn dawn il-miżuri.
Eżempji ta’ trasparenza kumplementari huma l-pubblikazzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ laqgħat bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u r-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess tagħhom, inċentivi li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess f’konsultazzjonijiet pubbliċi u twissijiet ta’ informazzjoni mfassla apposta li r-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess jistgħu jabbonaw għalihom mill-formola tar-reġistrazzjoni.
Il-miżuri kollha ta’ kundizzjonalità u ta’ trasparenza kumplementari adottati mit-3 istituzzjonijiet ewlenin tal-UE (il-Parlament, il-Kummissjoni, il-Kunsill) huma ppubblikati fil-paġna dwar il-Kundizzjonalità.
Din il-paġna tinkludi wkoll miżuri ta’ istituzzjonijiet oħra tal-UE u pajjiżi tal-UE (li jkopru l-interazzjonijiet tar-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess mar-rappreżentanzi permanenti tagħhom għall-UE), fejn dawn ġew innotifikati.
Iva, għandek tirreġistra jekk twettaq attivitajiet koperti mir-reġistru. Ir-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess huma mistennija jirreġistraw irrispettivament minn jekk humiex individwu jew organizzazzjoni, it-tip ta’ organizzazzjoni tagħhom, id-daqs tal-organizzazzjoni tagħhom, u l-mezzi ta’ komunikazzjoni li jużaw għall-attivitajiet tagħhom.
Individwi li jwettqu attivitajiet f’kapaċità strettament personali u mhux f’assoċjazzjoni ma’ oħrajn mhumiex ikkunsidrati bħala rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess.
L-organizzazzjonijiet stabbiliti jew li joperaw f’aktar minn pajjiż wieħed (bħal multinazzjonali, NGOs b’kapitli f’diversi pajjiżi jew reġjuni) għandhom jirreġistraw l-attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess tagħhom darba biss. Fil-prattika, il-fergħa jew l-uffiċċju responsabbli għar-relazzjonijiet mal-UE normalment ikun l-aktar wieħed xieraq biex jirreġistra, u b’hekk ikopri l-partijiet l-oħra tal-organizzazzjoni. Meta tirreġistra, għandek tispeċifika liema partijiet tal-organizzazzjoni tiegħek huma inklużi fir-reġistrazzjoni.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal-linji gwida (Parti II.2).
Iva, il-klijenti għandhom jirreġistraw peress li huma involuti f’attivitajiet koperti mir-reġistru permezz ta’ intermedjarju. Meta tirreġistra, trid tipprovdi informazzjoni dwar dawk l-intermedjarji, bħal konsulenzi jew ditti legali, li qed iwettqu attivitajiet f’ismek.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal-linji gwida (Parti II.5, Intestatura 14).
Fil-prinċipju, le. Jekk tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-membri, l-affiljati jew is-sussidjarji tiegħek meta tirreġistra, dawn ma jkollhomx għalfejn jirreġistraw.
Madankollu, jekk int membru, sussidjarju jew affiljat ta’ rappreżentant ta’ grupp ta’ interess irreġistrat u twettaq l-attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess tiegħek stess indipendentement mill-organizzazzjoni “umbrella” rreġistrata, allura għandek tirreġistra individwalment.
Iva, għandek tirreġistra jekk twettaq attivitajiet koperti mir-reġistru, irrispettivament mill-post tal-uffiċċju tiegħek. Se tintalab tipprovdi dettalji dwar l-uffiċċju tiegħek inkarigat mir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE (jekk għandek wieħed).
Iva, reġistrazzjoni waħda tkopri kwalunkwe attività li tinvolvi l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Jekk l-attivitajiet tiegħek jinvolvu istituzzjoni oħra tal-UE, għandek tirreġistra u tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar dawk l-attivitajiet.
Avukati u ditti legali individwali għandhom jirreġistraw meta jwettqu attivitajiet koperti mir-reġistru f’isimhom stess jew f’isem il-klijenti tagħhom. Meta tirreġistra, trid tipprovdi informazzjoni dwar il-klijenti li qed tirrappreżenta fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet.
M’għandekx għalfejn tirreġistra jekk qed tipprovdi pariri legali u professjonali oħra fil-każijiet li ġejjin.
- Il-parir jikkonsisti f'rappreżentanza tal-klijenti fi proċedura ta' konċiljazzjoni jew medjazzjoni li jkollha l-għan li tevita l-preżentazzjoni ta' tilwima quddiem korp ġudizzjarju jew amministrattiv.
- Il-parir jingħata lill-klijenti biex jgħinhom jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jikkonformaw mal-qafas ġuridiku eżistenti
- Il-parir jikkonsisti fir-rappreżentanza tal-klijenti u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali jew proċedurali tagħhom (bħad-dritt li jinstemgħu, id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għad-difiża fi proċedimenti amministrattivi), u jinkludi attivitajiet imwettqa minn avukati jew minn kwalunkwe professjonist ieħor involut fir-rappreżentanza tal-klijenti u fis-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali jew proċedurali tagħhom.
Iva, trid tirreġistra jekk l-objettiv tiegħek għal din il-laqgħa huwiex li tiddiskuti u potenzjalment tinfluwenza l-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika jew tal-leġiżlazzjoni, jew il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE. Jekk ma tkunx irreġistrat, ma jkunx possibbli għalik li tiltaqa’ mal-Kummissarju, jew mar-rappreżentanti tal-kabinett tiegħu.
Għal kwalunkwe xenarju jew attività oħra mhux koperta jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċċju (tal-kabinett) tal-Kummissarju kkonċernat.
Jekk se ġġib klijenti għal-laqgħa, dawn iridu jkunu rreġistrati wkoll fir-Reġistru tat-Trasparenza. Madankollu, jekk se ġġib organizzazzjonijiet membri miegħek bħala assoċjazzjoni “umbrella” u pprovdejt informazzjoni dwar is-sħubija tiegħek, dawn m’għandhomx għalfejn jirreġistraw. Jekk ikunu qed jirrappreżentaw l-interessi tal-organizzazzjoni tagħhom stess fil-laqgħa, iridu jirreġistraw individwalment.
Le, ma jkoprix attivitajiet ta’ lobbying imwettqa fil-livell nazzjonali. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-lobbying nazzjonali.
Ir-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess iridu jirreġistraw jekk se jiltaqgħu ma’ Rappreżentant Permanenti jew Viċi Rappreżentant Permanenti għall-UE ta’ gvern tal-UE meta dawk l-uffiċjali jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala presidenza tal-Kunsill. Dan japplika matul il-presidenza u fis-6 xhur ta’ qabel.
Kull wieħed mill-Istati Membri tal-UE li kellhom il-presidenza tal-Kunsill minn Lulju 2021 ħoloq paġna ddedikata fis-sit web rilevanti tal-Presidenza biex jirrifletti dan l-impenn.
Kwalunkwe Stat Membru jista’ jiddeċiedi wkoll li jadotta, f’konformità mal-liġi u l-kompetenzi nazzjonali tiegħu, aktar miżuri ta’ kundizzjonalità jew ta’ trasparenza kumplementari li jikkonċernaw ir-rappreżentanza permanenti tiegħu għall-UE.
Dawn il-miżuri huma ppubblikati fis-sit web tar-Reġistru tat-Trasparenza. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal-linji gwida (Parti I.3).
Għandek tkun irreġistrat biex tiltaqa’ ma’ Membru tal-Parlament Ewropew (MEP). Il-membri tal-PE jużaw id-data tar-Reġistru tat-Trasparenza biex jippubblikaw informazzjoni dwar il-laqgħat skedati tagħhom stess ma’ rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess dwar il-ħidma parlamentari fil-paġni tal-profil tagħhom fis-sit web tal-Parlament Ewropew.
Jekk inti eks Membru tal-PE jew timpjega eks Membru tal-PE, huwa importanti li tkun konxju ta’ ċerti regoli. Dawn ir-regoli jinkludu perjodu ta’ preklużjoni ta’ 6 xhur fi tmiem il-mandat tal-MEP li matulu ma jistax jagħmel lobbying mal-pari tiegħu li għandhom siġġu fil-Parlament. Il-Membri b’siġġu fil-Parlament għandhom jirrispettaw dan il-perjodu ta’ preklużjoni. L-eks Membri jistgħu jirreġistraw biss l-attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess tagħhom u japplikaw għal aċċess għall-Parlament wara dan il-perjodu ta’ preklużjoni.
Trid tkun irreġistrat:
- jekk inti kelliem, moderatur, preżentatur, oratur, membru tal-bord jew kontributur f’avveniment parlamentari
- jekk, bħala rappreżentant ta’ grupp ta’ interess, inti involut fl-organizzazzjoni ta’ avveniment li jkun ġie awtorizzat minn korp parlamentari jew minn grupp politiku, kemm jekk ikun minn perspettiva loġistika, prattika jew finanzjarja.
Jekk m’intix irreġistrat jew ir-reġistrazzjoni tiegħek tiġi sospiża fil-jum tal-avveniment, ma titħalliex tipparteċipa fl-avveniment. Trid tiżgura li tkun irreġistrajt ferm minn qabel l-avveniment u li r-reġistrazzjoni tiegħek tkun ġiet ivvalidata.
Għandek issemmi d-data u t-titlu tal-avveniment fir-reġistrazzjoni tiegħek taħt “attivitajiet ta’ komunikazzjoni”.
Tista’ tirreġistra jekk tindika b’mod ċar fil-formola ta’ reġistrazzjoni li twettaq attivitajiet koperti mir-reġistru, tosserva l-kodiċi ta’ kondotta meta twettaq dawn l-attivitajiet u tissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.
L-entrata tiegħek se tkun viżibbli għall-pubbliku ladarba niċċekkjaw u nivvalidaw ir-reġistrazzjoni tiegħek.
Le, ir-reġistrazzjoni hija bla ħlas.
Trid tipprovdi:
- informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tiegħek: l-isem, it-tip ta’ organizzazzjoni, id-dettalji ta’ kuntatt, il-miri u l-missjoni, is-sħubija
- informazzjoni dwar l-interessi li tirrappreżenta u l-leġiżlazzjoni u l-politiki speċifiċi tal-UE fil-mira tal-attivitajiet tiegħek
- informazzjoni finanzjarja, skont in-natura tal-interessi rappreżentati.
Kun ċert li din l-informazzjoni tkun kompluta, aġġornata, preċiża u li ma tqarraqx.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal-linji gwida (Parti I.5).
Ir-reġistru huwa pubbliku. Madankollu, mhux l-informazzjoni kollha li tipprovdi tiġi ppubblikata, b’mod partikolari informazzjoni personali, bħal indirizzi tal-email u ismijiet ta’ kuntatti. L-oqsma mmarkati b’għajn maqtugħa mhumiex pubbliċi.
Għal aktar dettalji dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok irreferi għall-avviż dwar il-protezzjoni tad-data.
Organizzazzjonijiet ġodda jridu jipprovdu stimi għas-sena finanzjarja attwali, bħal informazzjoni dwar kwalunkwe għotja tal-UE li jkunu rċevew. Jekk tirrappreżenta klijenti jew tuża servizzi ta’ intermedjarji iżda għadek m’għalaqtx il-kontijiet tiegħek, trid tagħti biss l-ismijiet ta’ dawn il-klijenti jew l-intermedjarji.
Tista’ tagħżel biss l-opzjoni “Entità ffurmata reċentement” għall-ewwel sentejn tar-reġistrazzjoni tiegħek. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal-linji gwida (Parti II.5 - Intestatura 14).
Meta tirreġistra, trid tagħżel l-interessi li tirrappreżenta bħala organizzazzjoni jew bħala individwu li jaħdem għal rasu. Tista’ tagħżel minn dawn li ġejjin:
- tippromwovi l-interessi tiegħek stess jew l-interessi kollettivi tal-membri tiegħek
- tavvanza l-interessi tal-klijenti tiegħek
- ma tirrappreżenta l-ebda interess kummerċjali.
L-għażla tal-interessi li tirrappreżenta mhijiex marbuta mal-istatus legali tiegħek. Pereżempju, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ m'għandhomx neċessarjament jagħżlu “ma jirrappreżentawx interessi kummerċjali”.
L-interessi li tagħżel għandhom jirriflettu l-għan tal-attivitajiet tiegħek li jinvolvu l-istituzzjonijiet tal-UE u li qed taġixxi f’isimhom.
Pereżempju, assoċjazzjoni tal-avukati professjonali jew assoċjazzjoni medika normalment tippromwovi l-interessi kollettivi tal-professjoni legali jew medika u l-membri tagħhom (li huma avukati li jaħdmu għal rashom jew tobba u/jew persuni ġuridiċi ta’ natura kummerċjali jew bi skop ta’ qligħ). Bl-istess mod, assoċjazzjonijiet umbrella ta’ tali avukati jew assoċjazzjonijiet mediċi fil-livell tal-UE normalment jirrappreżentaw l-interessi kollettivi tal-assoċjazzjonijiet membri tagħhom stess u, fl-aħħar mill-aħħar, il-membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet tal-aħħar.
Pereżempju, ditta tal-affarijiet pubbliċi għandha kuntratt ma’ parti terza biex tavvanza l-interessi tagħha li jinvolvu l-istituzzjonijiet tal-UE, mela għandha tagħżel “tavvanza l-interessi tal-klijenti”.
Pereżempju, grupp ta’ riflessjoni li l-għan ewlieni tiegħu huwa li javvanza kawżi soċjali fl-interess pubbliku, fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali, għandu jiddikjara li ma jirrappreżentax interessi kummerċjali.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-linji gwida (Parti II.5 - Intestatura 8).
Trid tipprovdi:
- id-dettalji ta’ kwalunkwe għotja tal-UE li rċevejt u li kkontribwiet għall-kostijiet operattivi tiegħek fis-sena finanzjarja rilevanti (awtorità ta’ finanzjament u programm)
- l-istima tal-kostijiet annwali marbuta mal-attivitajiet koperti mir-reġistru
- l-ismijiet ta’ kwalunkwe intermedjarju li tuża u l-kost ta’ kull intermedjarju individwali għall-attivitajiet korrispondenti
L-ammonti kollha għandhom ikunu f’euro.
Trid tipprovdi:
- id-dettalji ta’ kwalunkwe għotja tal-UE li rċevejt u li kkontribwiet għall-kostijiet operattivi tiegħek fis-sena finanzjarja rilevanti (awtorità ta’ finanzjament u programm)
- l-ammont tad-dħul għal kull klijent (flimkien ma’ isimhom u l-politiki mmirati).
Se nagħmlu stima tad-dħul annwali totali ġġenerat attribwibbli għal attivitajiet koperti mir-reġistru b’mod awtomatiku.
Informazzjoni relatata ma’ attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess imwettqa f’isem gvern jew awtorità pubblika mhux tal-UE.
L-ammonti kollha għandhom ikunu f’euro.
You must select your intermediary or a client from the list of existing registrants in the system using the ‘Add’ function in the field corresponding to the past or current financial year.
If you are declaring an intermediary (as a client):
Go to Heading 14, in the section:
“Has the applicant/registrant used/hired intermediaries to carry out covered activities on its behalf?”
(Please note that registrants representing non-commercial interests are invited to mention intermediaries under heading 12 (second field) and / or under heading 14 (complementary information).
If you are declaring clients (as an intermediary):
Go to Heading 14, in the section:
“Relevant clients on behalf of whom the applicant/registrant had representation activities vis-à-vis the EU institutions”
Steps:
- Start typing the name or REG number – the Register will show matching entries (see picture below).
- Select the correct organisation from the list.
- Do not enter the name as free text anymore if the organisation is already registered and listed-this may affect the data quality and result in duplicate information and erroneous financial data.
Important:
!! Make sure to delete any previous free-text entries that were added before this feature was available to avoid errors of links and automatically calculated financial information !!
What if my client/intermediary is not registered yet?
If you cannot find the organisation in the list, you can still add it as a free text.
In this case, the system will show a warning reminding you that the organisation is not registered, and should apply for registration as soon as possible.


Għandek:
- tipprovdi d-dettalji ta’ kwalunkwe għotja tal-UE li rċevejt u li kkontribwiet għall-kostijiet operattivi tiegħek fis-sena finanzjarja rilevanti (awtorità ta’ finanzjament u programm)
- tispeċifika l-baġit totali annwali u s-sorsi ewlenin ta’ finanzjament skont il-kategorija (finanzjament pubbliku, għotjiet, donazzjonijiet, kontribuzzjoni tal-membri, eċċ.),
- tiddikjara kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja lill-organizzazzjoni tiegħek u kwalunkwe attività ta’ rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess li tinvolvi individwi jew organizzazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE
- iddaħħal l-ammont ta’ kull kontribuzzjoni li rċevejt li huwa aktar minn €10,000 u li jaqbeż 10% tal-baġit totali tiegħek u tagħti l-isem tal-kontributur.
L-ammonti kollha għandhom ikunu f’euro.
Iva, ir-reġistru jippermetti li żewġ rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess jiddikjaraw l-istess nefqa (“għadd doppju”). Dan jevita sottostima ta’ kwalunkwe nefqa finanzjarja ddikjarata.
Rappreżentant ta’ grupp ta’ interess jista’ jiddikjara l-kostijiet tal-attivitajiet. Rappreżentant ta’ grupp ta’ interess ieħor jista’ jiddikjara l-istess ammont riċevut mill-ewwel rappreżentant ta’ grupp ta’ interess f’termini ta’ fatturat (minn klijenti) jew f’termini ta’ baġit (minn tariffi tas-sħubija).
Pereżempju, il-kumpanija tiegħek tikkuntratta konsulenza dwar l-affarijiet pubbliċi għal ammont ta’ €50,000. Dan l-ammont se jidher darbtejn fir-reġistru:
- fl-istima tal-kumpanija tiegħek tal-kostijiet annwali ta’ attivitajiet koperti mir-reġistru
fid-dħul tal-konsulenza tal-affarijiet pubbliċi minn servizzi pprovduti lill-klijenti.
Aħna nirrakkomandaw li ma tiġix inkluża l-VAT fl-istimi (kost, fatturat jew dħul mill-klijenti) minħabba li l-VAT hi taxxa u mhux kost assoċjat ma’ attivitajiet ta' affarijiet pubbliċi. Il-VAT tista’ tapplika f’rati differenti u tista' tiġi imposta b’modi differenti minn pajjiżi tal-UE u pajjiżi oħrajn.
Trid taġġorna r-reġistrazzjoni tiegħek tal-anqas darba fis-sena.
L-informazzjoni fir-reġistru hija pubblika u hija skrutinizzata mill-qrib mill-partijiet ikkonċernati, l-akkademiċi, l-istudenti, il-ġurnalisti, l-individwi privati u oħrajn. Għalhekk, huwa fl-interess tiegħek li tirrevedi regolarment ir-reġistrazzjoni tiegħek u żżommha aġġornata.
Trid taġġorna r-reġistrazzjoni tiegħek tal-anqas darba fis-sena. Madankollu, nirrakkomandaw li tirrevedi r-reġistrazzjoni kollha tiegħek mill-inqas darbtejn fis-sena biex tiżgura li l-informazzjoni tkun aġġornata u rilevanti.
Għandek tikkunsidra wkoll li taġġorna r-reġistrazzjoni tiegħek hekk kif kwalunkwe informazzjoni li tkun ipprovdejt fiha ssir skaduta jew mhux preċiża (pereżempju, wara bidliet fl-istruttura, l-istaff jew l-attivitajiet tiegħek).
Nistgħu nikkuntattjawk fi kwalunkwe ħin u nitolbuk taġġorna r-reġistrazzjoni tiegħek bħala parti mill-kontrolli tal-kwalità tad-data tagħna.
Trid tilloggja biex tagħmel aġġornament. Tista’ taġġorna partijiet tar-reġistrazzjoni tiegħek fi kwalunkwe ħin biex taġġorna jew tikkoreġi l-informazzjoni f’taqsima, pereżempju, bidla fil-persuna ta’ kuntatt jew l-isem tal-organizzazzjoni. Dan huwa aġġornament parzjali.
Trid twettaq aġġornament annwali (sħiħ) wara l-għeluq tas-sena finanzjarja tiegħek sabiex tipprovdi l-informazzjoni finanzjarja għal dik is-sena:
- L-aġġornament annwali huwa meħtieġ darba fis-sena mir-reġistranti kollha
- Id-data tal-iskadenza hija sena wara d-data tar-reġistrazzjoni, u mbagħad sena wara d-data tal-aġġornament annwali
- Jekk ikun meħtieġ, tista’ twettaq aġġornament (annwali) sħiħ f’diversi punti fis-sena u kull darba dan ibiddel l-iskadenza li jmiss tiegħek
- Int (il-persuni kollha b’aċċess għar-reġistrazzjoni) se tiġi mfakkar dwar il-ħtieġa li tagħmel aġġornament 4 ġimgħat u ġimagħtejn qabel l-iskadenza
- Jekk ma taġġornax ir-reġistrazzjoni tiegħek sal-iskadenza, ir-reġistrazzjoni tiegħek tiġi sospiża u mbagħad titneħħa ġimagħtejn wara l-iskadenza
- Din il-proċedura hija awtomatika u ma tistax tiġi modifikata.
Tista’ tħassar ir-reġistrazzjoni tiegħek fi kwalunkwe ħin, pereżempju, minħabba li l-attività tkun intemmet jew ma tkunx għadek tfittex li tinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.
Mur fit-tab “Irreġistra jew aġġorna” meta tkun illoggjat, fejn issib l-opzjoni għat-tħassir.
Tista’ terġa’ tirreġistra meta jkollok attivitajiet rilevanti x’tiddikjara (ara wkoll l-FAQ: Nista’ nattiva mill-ġdid ir-reġistrazzjoni li tneħħiet mir-reġistru?).
Reġistrazzjoni tista’ ma tkunx viżibbli jew tista’ tkun tneħħiet minħabba li:
- għadna ma vvalidajniex ir-reġistrazzjoni l-ġdida
- ir-rappreżentant ta’ grupp ta’ interess ma wettaqx l-aġġornament annwali obbligatorju
- ir-rappreżentant ta’ grupp ta’ interess ma weġibx għat-talba tagħna biex tiġi aġġornata r-reġistrazzjoni tiegħu.
Tista’ terġa tirreġistra jekk twettaq attivitajiet koperti mir-reġistru u tosserva l-kodiċi ta’ kondotta. Ladarba r-reġistrazzjoni tiegħek tkun ġiet ivvalidata, se tirċievi numru tar-reġistru ġdid.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida.
Ara wkoll l-FAQ: Nista’ nattiva mill-ġdid ir-reġistrazzjoni li tneħħiet mir-reġistru?
Aħna nużaw l-EU Login bħala l-metodu ta’ awtentikazzjoni għall-utenti. Trid tuża l-kredenzjali tal-EU Login tiegħek biex taċċessa l-ispazju ristrett u r-reġistrazzjoni tiegħek.
Jekk insejt il-password tal-EU Login tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk tal-EU Login.
Jekk il-persuni ta’ kuntatt inbidlu, pereżempju, minħabba li telqu mill-organizzazzjoni, aġġorna r-reġistrazzjoni tiegħek. L-indirizzi tal-email ta’ dawk il-persuni li telqu mill-organizzazzjoni tiegħek għandhom jitneħħew mill-intestatura 6 tar-reġistrazzjoni (“Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni”).
Persuni b’aċċess għar-reġistrazzjoni jeħtieġ li jkunu konxji li ħadd ieħor ma jista’ jaċċessa r-reġistrazzjoni. Għalhekk huwa importanti li jiġu aġġornati d-dettalji tagħhom kull meta jkun meħtieġ biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat.
Għandek taġġorna din l-informazzjoni, pereżempju, wara fużjoni jew akkwiżizzjoni, hekk kif isseħħ il-bidla. Tista’ tagħmel dan bħala parti mill-opzjoni ta’ aġġornament annwali jew toħloq reġistrazzjoni ġdida u tneħħi dik preċedenti. Dan l-aġġornament ma jistax isir bħala aġġornament parzjali.
Iva. Jekk ir-reġistrazzjoni oriġinali tneħħiet eż. minħabba n-nuqqas tal-aġġornament annwali obbligatorju, jew l-organizzazzjoni tiegħek iddeċidiet li ma tibqax tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ gruppi ta’ interess, tista’ tattivaha mill-ġdid bl-ISTESS numru (qadim) tar-reġistrazzjoni (REĠ). Il-possibbiltà li tattiva mill-ġdid ir-reġistrazzjoni hija limitata fiż-żmien – ir-reġistrazzjoni trid tkun tneħħiet mir-reġistru inqas minn sentejn ilu.
Sabiex tattiva mill-ġdid ir-reġistrazzjoni li tneħħiet inqas minn sentejn ilu, jekk jogħġbok ibgħat it-talba għal attivazzjoni mill-ġdid disponibbli fl-ispazju ristrett tiegħek. Aħna niċċekkjaw u nivvalidaw it-talba tiegħek u, ladarba dan ikun sar, l-entrata tiegħek terġa’ tkun viżibbli għall-pubbliku. Ladarba tiġi attivata mill-ġdid, ir-reġistrazzjoni tiegħek se jkun fiha wkoll l-istorja kollha, bħal-lista tal-laqgħat, il-kontributi għall-konsultazzjonijiet pubbliċi, eċċ.
Il-kodiċi ta’ kondotta huwa sett ta’ regoli u prinċipji etiċi u tal-imġiba li r-reġistranti kollha jridu josservaw sabiex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fl-attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ grupp ta’ interess li jinvolvu l-istituzzjonijiet tal-UE. Għandek timpenja ruħek li tosserva dawn ir-regoli u l-prinċipji meta tirreġistra.
Ara l-paġna tal-kodiċi ta’ kondotta. Huwa wkoll anness mal-ftehim interistituzzjonali (Anness I).
Jekk int klijent jew intermedjarju, trid tiżgura li l-partijiet kollha fir-relazzjoni(jiet) kuntrattwali bejn il-klijent u l-intermedjarju jkunu rreġistrati. Meta testernalizza ċerti kompiti lil partijiet terzi li mhumiex irreġistrati għal attivitajiet koperti mir-reġistru, trid tiżgura li dawn jikkonformaw mal-istandards etiċi ekwivalenti għal dawk li japplikaw għalik.
Trid tinforma wkoll lill-impjegati tiegħek involuti f’attivitajiet koperti mir-reġistru dwar l-impenn tiegħek li tosserva l-kodiċi ta’ kondotta.
Barra minn hekk, trid tinforma wkoll lil kwalunkwe klijent jew membru rreġistrat bħala parti mill-attivitajiet koperti dwar l-impenn tagħhom li josservaw il-kodiċi ta’ kondotta.
Skont il-kodiċi ta’ kondotta, ir-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess iridu jiżguraw li l-informazzjoni li jipprovdu fir-reġistru tkun kompluta, aġġornata, preċiża u mhux qarrieqa.
Aħna nivvalidaw reġistrazzjoni u nippubblikawha wara li nikkonfermaw l-eliġibbiltà tar-rappreżentant ta’ grupp ta’ interess u li l-informazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli. Aħna nwettqu wkoll kontrolli tal-kwalità regolari biex nidentifikaw kwalunkwe ineżattezza, żball jew ommissjoni.
Meta nemmnu li reġistrazzjoni fiha informazzjoni mhux preċiża, aħna nikkuntattjaw lir-rappreżentant ta’ grupp ta’ interess ikkonċernat biex nitolbu aġġornament jew spjegazzjoni. Aħna nirċievu u nħarsu wkoll lejn ilmenti dwar l-allegat nuqqas ta’ osservanza minn reġistrant tal-kodiċi ta’ kondotta. Barra minn hekk, aħna nwettqu l-investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja tagħna biex niżguraw il-kwalità tad-data tar-reġistru.
Aħna nimmonitorjaw il-kontenut tar-reġistru u nistgħu ninvestigaw ilment li jallega li reġistrant ma jkunx osserva l-kodiċi ta’ kondotta. Nistgħu ninvestigaw ukoll fuq inizjattiva tagħna stess meta jkun hemm informazzjoni li tissuġġerixxi li reġistrant ma jkunx għadu eliġibbli li jkun fir-reġistru.
Id-dettalji ta’ dawn il-proċeduri huma stabbiliti fl-Anness III tal-ftehim interistituzzjonali.
Jekk niddeterminaw li inti ineliġibbli għax mhux qed tosserva l-kodiċi ta’ kondotta, inneħħu r-reġistrazzjoni tiegħek.
Skont il-gravità tal-każ, nistgħu wkoll nipprojbixxuk milli terġa’ tirreġistra għal perjodu speċifikat u nippubblikaw din il-miżura fis-sit web tar-reġistru. F’ċirkostanzi bħal dawn, ikollok id-dritt li tressaq talba motivata għal rieżami tal-miżuri meħuda mal-Bord tat-Tmexxija tar-reġistru.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Anness III tal-ftehim interistituzzjonali.
L-ilmenti jistgħu jitressqu mir-reġistranti jew minn xi ħadd ieħor. Tista’ tressaq ilment billi tuża l-formola online fl-ispazju ristrett/fir-reġistrazzjoni jew fis-sit web tar-reġistru. Għandek bżonn l-EU Login biex taċċessa l-ispazju ristrett/ir-reġistrazzjoni u l-formola.
L-ilmenti jridu:
- jiġu sottomessi bil-miktub, bl-użu tal-formola tal-ilmenti pprovduta fis-sit web tagħna
- jidentifikaw ir-reġistrant inkwistjoni u jkunu deskritti b’mod ċar
- ikunu sostnuti minn evidenza suffiċjenti li l-kodiċi ta’ kondotta ma ġiex osservat
- jiġu ppreżentati fi żmien sena wara l-allegati ċirkostanzi ta’ nuqqas ta’ osservanza
- jinkludu ismek u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek.
Jekk inqisu li l-ilment tiegħek huwa ammissibbli, niftħu investigazzjoni u ninnotifikaw lilek u lir-reġistrant inkwistjoni.
Jekk inqisu li l-ilment huwa ammissibbli, niżguraw li tirċievi kopja tal-ilment u nitolbuk tipprovdi tweġiba motivata sa ċerta skadenza.
Nistgħu nitolbuk tipprovdi informazzjoni addizzjonali u nittrattaw kwalunkwe informazzjoni li tindika bħala sensittiva b’mod kunfidenzjali. Se tingħata l-possibbiltà li tesprimi l-fehmiet tiegħek bil-miktub qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni. Nistennew li tikkoopera b’mod sinċier u kostruttiv matul l-investigazzjoni.
Jekk jogħġbok ara l-paġna dwar il-Governanza.
Jekk jogħġbok ara l-paġna dwar l-istatistika.
Il-paġna Fittex tippermettilek tfittex fir-reġistru skont il-kelma ewlenija u kriterji oħra. Il-portal uffiċjali tal-UE għad-data Ewropea (data.europa.eu) jipprovdi data storika mir-reġistru (mill-2015).
Ir-Rapport Annwali dwar il-funzjonament tar-Reġistru huwa sors ewlieni ta’ statistika u informazzjoni dwar ir-reġistru, il-kontenut tiegħu u l-miżuri u l-iżviluppi relatati. Ara r-rapporti annwali tal-imgħoddi.
Jekk inti ġurnalist, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizzi tal-istampa tal-istituzzjonijiet rilevanti għall-mistoqsija tiegħek:
- Servizz tal-kelliema tal-Parlament Ewropew
- Servizz tal-kelliema tal-Kunsill
- Servizz tal-kelliema tal-Kummissjoni.
Jekk int student jew riċerkatur, tista’ tibgħat deskrizzjoni qasira tar-riċerka tiegħek u l-mistoqsijiet tiegħek lis-segretarjat permezz tal-formola ta’ Ikkuntattjana (teħtieġ l-awtentikazzjoni bl-EU Login).
Għal mistoqsijiet oħra, tista’ tuża wkoll il-formola Ikkuntattjana (teħtieġ l-awtentikazzjoni bl-EU Login).
Għandek tittratta direttament mas-servizz ta’ akkreditazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tikseb aċċess bħala rappreżentant ta’ grupp ta’ interess irreġistrat. M’għandekx għalfejn tilloggja fir-Reġistru tat-Trasparenza biex timmaniġġja l-akkreditazzjoni tiegħek.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tal-akkreditazzjoni tal-PE.
Le, il-Kunsill ma joħroġx badges ta’ aċċess permanenti lill-viżitaturi. L-aċċess għall-binjiet tiegħu jingħata fuq bażi temporanja u ta’ “ħtieġa ta’ dħul” u huwa soġġett għar-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill. Kuntatt:access [dot] general
consilium [dot] europa [dot] eu (access[dot]general[at]consilium[dot]europa[dot]eu).
Le, il-Kummissjoni ma toħroġx badges ta’ aċċess permanenti lill-viżitaturi esterni. L-aċċess fil-binjiet tagħha jingħata fuq bażi ta’ “ħtieġa ta’ dħul”.
Jekk wara li tħares lejn il-mistoqsijiet kollha ta’ hawn fuq għadek ma sibtx it-tweġiba li qed tfittex, tista’ tikkuntattjana permezz tal-formola li ġejja (teħtieġ l-awtentikazzjoni bl-EU login).