Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Reġistru tat-Trasparenza

Governanza

Struttura

Ir-Reġistru tat-Trasparenza huwa rregolat minn bord maniġerjali u segretarjat. L-Artikoli 7 u 8 tal-ftehim interistituzzjonali jistabbilixxu dawn il-korpi u r-responsabbiltajiet tagħhom.

Bord tat-Tmexxija

Il-bord tat-tmexxija jissorvelja l-implimentazzjoni ġenerali tat-Reġistru tat-Trasparenza.

Huwa responsabbli li:

  • jidentifika rekwiżiti ġodda
  • jiffissa prijoritajiet
  • jadotta r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni tar-reġistru
  • jissorvelja l-ħidma tas-segretarjat.

Wara investigazzjoni, ir-reġistranti jistgħu jitolbu lill-bord tat-tmexxija jeżamina mill-ġdid il-miżuri meħuda mis-segretarjat. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-pajjiżi tal-UE jistgħu jinnotifikaw lill-bord tat-tmexxija bil-kundizzjonijiet dwar il-kuntatti magħhom jew il-miżuri ta’ trasparenza komplementari li jintroduċu u jitolbu li dawn jiġu ppubblikati fuq dan is-sit web.

Il-bord tat-tmexxija huwa magħmul mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Jiltaqgħu mill-anqas darba fis-sena u kull Segretarju Ġenerali jkollu l-presidenza għal sena.

  • Il-Kummissjoni kellha l-presidenza fl-2024
  • Il-Parlament kellu l-presidenza fl-2025
  • Il-Kunsill għandu l-presidenza fl-2026.

Dokumenti:

Laqgħa tal-21 ta’ Mejju 2025
Pubblikazzjonijiet ġenerali3 Lulju 2025
Agenda Management Board (21 05 2025)
Pubblikazzjonijiet ġenerali3 Lulju 2025
Minutes of the meeting (21 05 2025)
Pubblikazzjonijiet ġenerali3 Lulju 2025
Annual Priorities for the Transparency Register in 2026
Pubblikazzjonijiet ġenerali3 Lulju 2025
Budget estimates for 2026
Pubblikazzjonijiet ġenerali3 Lulju 2025
Mapping of the implementation of the 2021 IIA
Aġenda tal-Bord tat-Tmexxija tad-19 ta’ April 2024
Pubblikazzjonijiet ġenerali10 Ġunju 2024
Agenda Management Board (19/04/2024)
Pubblikazzjonijiet ġenerali10 Ġunju 2024
Minutes of the meeting (19/04/2024)
Pubblikazzjonijiet ġenerali10 Ġunju 2024
Annual priorities for the Transparency Register in 2025
Pubblikazzjonijiet ġenerali10 Ġunju 2024
Budget estimates for 2025
Laqgħa tal-31 ta’ Marzu 2023
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Agenda Management Board (31/03/2023)
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Minutes of the meeting (31/03/2023)
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Annual priorities for the Transparency Register in 2024
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Budget estimates for 2024

 

Aġenda tal-Bord tat-Tmexxija tat-12 ta’ Lulju 2022
Pubblikazzjonijiet ġenerali6 Ġunju 2023
Agenda Management Board (12/07/2022)
Pubblikazzjonijiet ġenerali6 Ġunju 2023
Minutes of the meeting (12/07/2022)
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Annual priorities for the Transparency Register in 2023
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Budget estimates for 2023

 

Laqgħa tal-24 ta’ Settembru 2021
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Agenda Management Board (24/09/2021)
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Minutes of the meeting (24/09/2021)
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Annual priorities for the Transparency Register in 2022
Pubblikazzjonijiet ġenerali20 Ġunju 2023
Budget estimates for 2022

 

Segretarjat

Is-segretarjat huwa inkarigat mill-ġestjoni ta’ kuljum tar-Reġistru tat-Trasparenza. Huwa magħmul minn staff mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. Koordinatur jissorvelja s-segretarjat u jirrappreżentah fil-bord tat-tmexxija u fl-avvenimenti pubbliċi. Fl-2026, il-koordinatur huwa l-kap tal-unità responsabbli għat-trasparenza fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament.

Is-segretarjat:

  • jipprovdi gwida lir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni
  • jimmonitorja l-eliġibbiltà tal-applikanti u tar-reġistranti
  • jiżgura li l-informazzjoni fir-reġistru tkun ta’ kwalità tajba
  • jittratta l-ilmenti dwar dawk ir-reġistranti li ma jsegwux il-kodiċi ta’ kondotta
  • iħejji r-rapport annwali
  • iqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru.