X'inhu r-Reġistru tat-Trasparenza?
Ir-Reġistru tat-Trasparenza hu bażi tad-data li telenka “rappreżentanti ta’ interess” (organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, gruppi u individwi li jaħdmu għal rashom) li jwettqu attivitajiet biex jinfluwenzaw il-politika tal-UE u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Hu mfassal biex juri lill-pubbliku liema interessi qed jiġu rappreżentati fil-livell tal-UE, minn min u f’isem min – kif ukoll ir-riżorsi ddedikati għal dawn l-attivitajiet (inklużi l-appoġġ finanzjarju, id-donazzjonijiet, l-isponsorizzazzjoni, eċċ.). Ir-reġistru għandu l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin:
- Sit web pubbliku fejn ir-rappreżentanti ta’ interess jirreġistraw informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet tagħhom fil-livell tal-UE
- Kodiċi ta’ kondotta li jirregola kif ir-rappreżentanti ta’ interess għandhom jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet tal-UE
- Mekkaniżmu tal-ilmenti li jippermetti lil kulħadd jagħti bidu għal inkjesta amministrattiva f’każijiet allegati fejn rappreżentanti ta’ interess reġistrati jkunu naqsu milli josservaw il-kodiċi.
Traskrizzjoni bil-video
Ir-reġistru tat-trasparenza
Xi eluf ta’ gruppi u organizzazzjonijiet bħal NGOs u gruppi ta’ riflessjoni, jew korporazzjonijiet u assoċjazzjonijiet kummerċjali kif ukoll pjattaformi taċ-ċittadini, jippruvaw jinfluwenzaw kif l-Unjoni Ewropea tagħmel il-liġijiet tagħna.
L-għan tagħhom: biex jgħinu lill-Istituzzjonijiet tal-UE jsawru politiki li jaqblu mal-ħtiġijiet u r-realtajiet tas-soċjetà jew tal-kummerċ, il-kawża jew in-negozju speċifiku li jirrappreżentaw.
Din hija parti leġittima u neċessarja tal-proċess demokratiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Kulħadd għandu jkun jista’ jsegwiha kif ukoll isemma’ leħnu.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qed jaħdmu flimkien biex jippromwovu lobbjar trasparenti u etiku sabiex dan il-proċess isir aktar responsabbli.
Ir-Reġistru tat-Trasparenza huwa mfassal biex juri liema interessi qed jiġu rrappreżentati fil-livell tal-UE fi kwalunkwe ħin.
Din hija bażi tad-data pubblika online fejn il-gruppi ta’ interess jirreġistraw u jiddikjaraw pubblikament min huma, lil min jirrappreżentaw, liema politiki tal-UE jridu jinfluwenzaw, kif jiġu ffinanzjati u r-riżorsi li jiddedikaw għall-isforzi ta’ lobbjar tagħhom.
Fl-2021, ir-reġistrazzjoni saret de facto obbligatorja.
Dan japplika għal kwalunkwe rappreżentant ta’ grupp ta’ interess, li jidħol f’kuntatt dirett mal-istituzzjonijiet tal-UE.
Pereżempju, il-partijiet ikkonċernati rreġistrati biss jistgħu jaċċessaw il-bini tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jiltaqgħu mal-Membri, mal-Kummissarji u mal-impjegati taċ-ċivil u jpoġġu fuq bordijiet ta’ esperti.
Tkopri wkoll laqgħat u avvenimenti, inklużi vidjokonferenzi, li għandhom l-għan li jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet.
Ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati kollha jridu jiffirmaw kodiċi ta’ kondotta.
Dawn joħolqu profil online dwar l-attivitajiet ta’ lobbjar u ta’ promozzjoni tagħhom fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u huma responsabbli għall-preċiżjoni tal-informazzjoni u biex iżommuha aġġornata.
Kull organizzazzjoni ġdida li tapplika għar-reġistrazzjoni tiġi ċċekkjata.
Kwalunkwe organizzazzjoni tista’ titneħħa mill-bażi tad-data sa sentejn jekk ma tikkonformax mal-kodiċi ta’ kondotta.
Aktar minn għaxar snin wara l-ewwel Reġistru ta’ Trasparenza interistituzzjonali, issa ġew reġistrati aktar minn 12,000 rappreżentant ta’ gruppi ta’ interess.
Ir-reġistru tat-Trasparenza jiżgura skrutinju akbar tal-lobbjar, li jkopri kemm ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess kif ukoll dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jiltaqgħu magħhom.
B’dan il-mod, it-trasparenza tal-lobbjar tgħin biex titrawwem rappreżentanza bbilanċjata u biex tiġi evitata pressjoni żejda jew aċċess privileġġat għall-informazzjoni jew għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Dan jippermetti wkoll lin-nies ikunu jafu dwar il-partijiet kollha involuti fit-tfassil tal-politika tal-UE.
Illum, ir-Reġistru tat-Trasparenza huwa għodda affidabbli li tgħin biex tinkiseb demokrazija Ewropea saħansitra aktar b’saħħitha u aktar miftuħa.
Djalogu miftuħ
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea huma miftuħin u trasparenti fid-djalogu regolari tagħhom mar-rappreżentanti ta’ interessi u s-soċjetà ċivili.
Dawn l-istituzzjonijiet tal-UE jinteraġixxu ma’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet u gruppi li jirrappreżentaw interessi speċifiċi. Din hi parti leġittima u neċessarja mill-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE jirriflettu l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini.
Madankollu, dan il-proċess għandu jkun miftuħ, biex jippermetti skrutinju pubbliku xieraq u jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE huma responsabbli lejn iċ-ċittadini Ewropej.
Aktar ma l-proċess ikun miftuħ, aktar ikun faċli li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata mill-gruppi ta’ interess kollha u li tiġi evitata pressjoni żejda jew aċċess privileġġat għall-informazzjoni jew għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għal ċerti partijiet.
Ir-regoli u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistru huma stabbiliti fi ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.
Applika għar-Reġistru tat-Trasparenza
Skopri jekk l-organizzazzjoni tiegħek għandhiex tiġi reġistrata, kif tapplika u x’jiġri wara li tapplika.
Aħbarijiet
Transparency register annual report 2025 is available
Mill-1 ta’ Settembru 2025 japplikaw regoli ġodda għal-laqgħat mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess.
From now on, the Register will automatically compare the financial information given by clients and intermediaries.
This will help to improve data quality and spot possible inconsistencies in their declarations.


